Monday, December 9, 2024

Daniel Attard maħtur fin-Netwerk tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Daniel Attard ġie maħtur bħala r-rappreżentant tal-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u l-Enerġija (ITRE) fin-Netwerk tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Din il-ħatra hija turija tal-fiduċja li l-kollegi tiegħu f’dan il-kumitat ewlieni għandhom fih biex jirrappreżenta l-interessi tagħhom u jaħdem fuq il-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini fuq kwistjonijiet relatati mal-industrija, ir-riċerka u l-politika tal-enerġija.

“Dan huwa rwol importanti li se jservi bħala pjattaforma għaċ-ċittadini ta’ Malta u tal-Ewropa biex il-vuċijiet tagħhom ikunu mismugħa. Kommess li nsaħħaħ il-leħen tan-nies fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-ħajja tagħhom direttament,” qal Attard.

Dan ir-rwol isaħħaħ il-kapaċità tal-Parlament Ewropew biex jindirizza l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u jirrifletti l-impenn ta’ Attard li jkun forza pożittiva għal Malta fil-qalba tal-UE.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport