Monday, December 9, 2024

SE JKOMPLI JISSAĦĦAĦ ID-DJALOGU SOĊJALI

Aqra wkoll

Id-djalogu soċjali mhux biss huwa importanti imma wkoll kruċjali kemm għaż-żamma tal-paċi industrijali kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Fih innifsu huwa mekkaniżmu effikaċi li jqarreb lejn xulxin lil min jaħdem u min iħaddem sabiex il-problemi u l-isfidi jiġu definiti minn qabel ma jinqalgħu. 

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) illum għandu status ta’ kważi istituzzjoni nazzjonali, bil-kontra taż-żmien meta dan il-Kunsill kien jingħad li huwa biss forum għat-tpaċpiċ – talking shop. L-importanza dejjem tikber ta’ dan il-Kunsill kulma jmur qiegħda tiżdied tant li diġa’ hemm impenn mill-Gvern biex dan il-Kunsill jissaħħaħ u jespandi aktar fl-operat tiegħu. 

Kif tħabbar ftit tal-jiem ilu, dan il-Kunsill se jgħaddi minn proċess ta’ riforma biex tinkludi li għall-ewwel darba se jkollu Kap Eżekuttiv. Barra minn dan, se titwaqqaf fi ħdanu taqsima ta’ riċerka u kif ukoll forum ġdid għaż-żgħażagħ ta’ bejn il-11 u l-15-il sena. Ilkoll flimkien dawn se jagħmlu wkoll mill-MCESD entità ġdida biex tikkordina l-konsultazzjoni pubblika.

Sal-lum il-funzjoni tal-MCESD minkejja li kienet rikonoxxuta ma kellux l-istruttura neċessarja biex jaqdi l-funzjonijiet kollha tiegħu u dawk li qed naraw li fil-futur ikunu meħtieġa. F’dan is-sens, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja rrikonoxxa l-kontribut li jagħtu l-imsieħba soċjali, li jmorru lil hinn mill-funzjoni tagħhom bħala membri tal-Kunsill  sabiex ma jkunux diskussi biss il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema imma l-interessi ta’ kulħadd. 

Nemmnu wkoll li kif qal is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, id-deċiżjonijiet li se jittieħdu se jwasslu biex jipprovdu lil kulħadd il-faċilit li jsemma leħnu. Kif ukoll li d-djalogu soċjali verament jilħaq il-qofol tiegħu billi joffri opportunit lil kulħadd f’pajjiż ta’ kwalitċjali.

Din ir-riforma hija meħtieġa meta l-ekonomiji dinjin qed jittrasformaw ruħhom minn dawk tradizzjonali għal ekonomiji mibnija fuq id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġija tal-futur. F’dan kollu, il-GWU, kif stqarr is-Segretarju Ġenerali stess, se tibqa’ impenjata li tkompli tagħti l-kontribut tagħha fl-aħjar interess tal-ħaddiema u fuq kollox fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport