Daniel Buttigieg, ta’ 44 sena minn Bormla, ħareġ mill-koma wara li ġarrab ġriieħ serji fl-inċident bid-dgħajsa f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Kienu l-qraba tiegħu qalu li għadu rikoverat fl-Isptar Mater Dei iżda beda jitkellem magħhom.
Fuq id-dgħajsa kien hemm ukoll Keith Caruana, ta’ 48 sena mill-Mellieħa, u ibnu Ben Caruana Rizzo, ta’ 14-il sena.
Il-missier tilef ħajtu meta d-dgħajsa nkaljat fuq is-Sikka s-Safra l-Ħadd filgħaxija, waqt li Ben ġarrab ġrieħi gravi.
Fi żvilupp ieħor aktar kmieni din il-ġimgħa, omm Ben, Yanika Rizzo, qalet li binha jinsab f’qagħda stabbli, iżda għad fadallu triq twila biex jirkupra.
