Saturday, July 20, 2024

Daniel Montebello jirbaħ il-Porsche Club GT Festival f’Misano

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Porsche Club GT Festival sar fiċ-ċirkwit ta’ Misano, ra prestazzjoni eċċezzjonali oħra mis-sewwieq Malti Daniel Montebello, li ħa l-ewwel post fil-kompetizzjoni. Dan il-festival jiġbor flimkien dilettanti u sewwieqa tal-Porsche li kkompetew l-ewwel fuq parti miċ-ċirkwit ta Misanino u mbagħad fuq iċ-ċirkwit prinċipali abbord il-Porsche GT3s tagħhom.

Daniel Montebello, wera ċertu superjorita bil Porsche 992 GT3 tiegħu, u ddomina l-ġurnata b’ħinijiet eċċellenti. Ir-rebħa tiegħu ma kinitx biss kisba personali, iżda xhieda tal-ħidma intensa u d-dedikazzjoni tat-tim kollu, li żgura li l-karozza kienet f’kundizzjoni mill-aqwa.

Is-suċċess fil-Porsche Club GT Festival huwa xhieda tal-impenn u l-passjoni li Daniel u t-tim tiegħu juru f’kull tiġrija. B’din ir-rebħa, huma mhux biss isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fl-isport iżda wkoll jissaħħu għal sfidi futuri, u jqanqlu eċċitament għall-futur.

Aktar informazzjoni dwar din l-esperjenza, it-tim tas-Super Lap u l-parteċipazzjoni futura tiegħu hija disponibbli fuq il-websajt uffiċjali tagħhom jew il-midja soċjali.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport