Monday, July 15, 2024

L-MDRA tieħu l-prekawzjonijiet minħabba temperaturi għoljin

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn il-Ħamis, 4 ta’ Lulju u s-Sibt, 6 ta’ Lulju, il-Malta Drag Racing Association qed torganizza t-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Drag Racing f’Ħal Far Raceway.

Dan ir-rawnd huwa unika fil-kalendarju tal-kampjonat peress li jiġi organizzat filgħaxija biex ittaffi l-kundizzjonijiet sħan li jkollna fix-xahar ta’ Lulju, u fl-istess ħin joffri esperjenza sabiħa għall-partitarji tad-Drag Racing u l-familji li jattendu biex isegwu t-tiġrijiet f’atmosfera differenti mir-rawnds l-oħra. Din id-darba, l-avveniment issemma’ Summer Shootout u huwa sponsorjat minn Ladmu Chassis Builder.

Il-pjan hu li fit-tlett ijiem kollha, il-bibien jiftħu fl-4 ta wara nofsinhar, u fl-ewwel jum, il-Ħamis 4 ta’ Lulju, fis-7 p.m, il-programm ikompli bl-ittestjar u s-settjar tal-karozzi, immedjatament wara jibda l-ewwel rawnd. Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, fis-7 p.m, ikun hemm it-tieni, t-tielet, ir-raba’, u l-ħames rawnd, u s-Sibt, 6 ta’ Lulju, għal darb’oħra fis-7 p.m, ikun hemm l-eliminazzjonijiet, semi-finali u l-finali.  Fil-jiem kollha, il-bibien jagħlqu fis-1 am.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport