Saturday, July 20, 2024

Malta parti mit-tielet edizzjoni tal-FIA Motorsport Games

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Waqt laqgħa tal-amministrazzjoni tal-Malta Motorsport Federation immexxija mill-president Duncan Micallef, fl-aħħar jiem, ġie deċiż li Malta tkun rappreżentata fit-tielet edizzjoni tal-FIA Motorsport Games li se ssir mit-23 sas-27 ta’ Ottubru f’Valencia fi Spanja, avveniment multidixxiplinarju li jgħaqqad atleti impenjati fl-isports tal-karozzi mill-erba’ irkejjen tad-dinja fi spirtu uniku ta’ kompetizzjoni sportiva.

Malta se tkun qed tipparteċipa f’dawn id-dixxiplini; Mini Karting, Junior Karting, Senior Karting, Endurance Karting, Formula 4, Esport GT, u Esport F4.

Il-federazzjoni ħatret lis-Sur Jonathan Tonna, eks-segretarju tal-Island Car Club bħala Team Leader li flimkien ma’ William England, Viċi President tal-federazzjoni, se jmexxi lit-tim Malti f’Valencia. Tonna mhux ġdid f’dan l-inkarigu hekk kif diġà mexxa timijiet Maltin fl-edizzjonijiet li għaddew tal-FIA Motorsport Games u Hillclimbs Masters.

Il-Federazzjoni tirringrazzja kemm lill-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll lil SportMalta tal-għajnuna finanzjarja li pprovdew biex din l-avventura importanti ħafna għal pajjiżna, għas-sewwieqa tagħna u l-klabbs li ġejjin minnhom tkun possibbli.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport