Wednesday, October 9, 2024

Nacho uffiċjalment ma’ Al Qadsiah

Aqra wkoll

Issa hi uffiċjali. Nacho sar plejer ġdid ta’ Al Qadsiah, tim li għadu kemm ġie promoss fis-Saudi Pro League li hu mmexxi mill-kowċ Jose Martin Michel.

Nacho ħalla lil Real Madrid fejn kien ilu magħhom sa minn meta kien għadu żagħżugħ u jinsab eċitat li jibda din l-avventura kompletament ġdida.

Il-plejer ta’ 34 sen minn Spanja irċieva diversi messaġġi ta’ merħba mill-partitarji ta’ Al Qadsiah li jinsabu ewforiċi li jibdew avventura fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż.

Sport