Monday, July 15, 2024

Paulo Dybala segwit minn Man Utd

Aqra wkoll

Manchester United jinsabu interessati fil-plejer ta’ nofs il-grawnd Arġentin Paulo Dybala. Kien il-kowċ tar-Red Devils Erik Ten Hag li jridu personalment minħabba li jarah tajjeb għat-tattika ġdida li qed iħejju bl-eks plejer ta’ Palermo u Juventus li jaf ikun utli f’dan ir-rigward.

Biex jakkwistawh, Manchester United iridu jħallsu l-klawsola ta’ €12-il miljun li għandu fil-kuntratt għalkemm iridu jiftiehmu fuq is-salarju b’Dybala li qed jitlob is-somma ta’ €6.5 miljun kull staġun. Id-diriġenti ta’ Manchester United se jiltaqgħu ma’ dawk ta’ Roma sabiex jaraw x’se tkun it-triq ‘il quddiem.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport