Floriana FC ħabbru li l-club u l-coach Daniel Portela laħqu ftehim biex itemmu r-relazzjoni tagħhom b’mod reċiproku.
Fi stqarrija, il-club irringrazzja lil Portela għad-dedikazzjoni, l-impenn u x-xogħol tiegħu minn meta ngħaqad mal-Greens għall-istaġun 2025/26. Taħt it-tmexxija tiegħu, Floriana rebħu t-titlu tal-YoHealth Malta Premier fl-istaġun li għadda.
Fl-aħħar jum tiegħu mal-club, Portela kellu l-opportunità jsellem personalment lill-players, lill-istaff tekniku u lill-uffiċjali tal-club. It-tluq tiegħu kien ikkaratterizzat minn rispett u apprezzament reċiproku.
Floriana rringrazzjaw lil Portela għall-kontribut tiegħu u awgurawlu suċċess fil-karriera professjonali u fil-ħajja personali tiegħu.
Id-direttur tekniku Jean Paul Desira mistenni jmexxi lit-tim sakemm jinħatar kowċ ġdid.




