L-Awtoritajiet Ġappuniżi fl-aħħar sigħat ħolqu paniku fost il-pubbliku hekk kif ħarġu twissija biex kulħadd isib post sigur hekk kif kien se jseħħ terremot ta’ qawwa 9.9.
Dan l-avviż inħareġ lil miljuni ta’ residenti li jgħixu fit-Tramuntana ta’ Hokkaido. Fost dawk li spiċċaw f’paniku kienu l-impjegati u l-viżitaturi ta’ Disney Tokyo.
Wara dan il-paniku kollu u anke ntbgħatu miljuni kbar ta’ messaġġi fuq il-mobiles tan-nies, l-awtoritajiet qalu li dan kien żball u talbu lil kulħadd biex jerġa’ lura għal ħajja normali.




