Sunday, May 5, 2024

Daniele De Rossi jrid impenn mill-plejers tiegħu

Aqra wkoll

“Se jkunu ħames xhur u nofs tan-nar!” Hekk qal il-kowċ il-ġdid ta’ AS Roma Daniele de Rossi meta tkellem għall-ewwel darba mal-mezzi tax-xandir Taljani f’konferenza stampa.

De Rossi, li ħa post Jose Mourinho fit-tmun tat-tim, sostna li kull plejer li jilbes il-flokk aħmar tat-tim irid jagħti l-mija fil-mija tiegħu inkella jitlef postu.

De Rossi sostna li bħalissa mhux lok biex jitkellem fuq tattika iżda biex jimmotiva lit-tim li ġej minn telfa kerha ta’ 3-0 kontra AC Milan.

De Rossi għandu kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2024 iżda jekk jirnexxi f’din il-kariga, kapaċi jtawwal dan il-ftehim.

Sport