Sunday, August 2, 2026
Home Sport Daqqa ta’ ħarta għal Arsenal biex isir bdil bejn Dejan Kulusevski ma’...

Daqqa ta’ ħarta għal Arsenal biex isir bdil bejn Dejan Kulusevski ma’ Nicolas Pepe

0
724

Arsenal qalgħu daqqa ta’ ħarta fit-tentattiv tagħhom li jakkwistaw lil Dejan Kulusevski mingħand Juventus bi skambju ma’ Nicolas Pepe.

Il-Gunners huma maħsuba li huma ammiraturi kbar tal-internazzjonali Żvediż, li skorja tmien gowls u pprovda tmien assists fi 62 dehra għal Juventus.

Arsenal żiedu l-interess tagħhom fil-player ta’ 21 sena billi għamlu kuntatt mal-Bianconeri.

Qed jingħad li l-Gunners riedu jutilizzaw lil Pepe fi trattativa ta’ skambju, bil-winger stmat madwar £30m – l-istess ħlas li l-Juve qed jitolbu għal Kulusevski.

Madankollu, jingħad li Juventus irrifjutaw l-offerta għax iridu li jonfqu l-flus f’pożizzjonijiet oħra.

Ir-rivali ta’ Arsenal, Tottenham Hotspur, huma wkoll maħsuba li jisnabu interessati li jiffirmaw lil Kulusevski.