Tottenham sofrew daqqa ta’ ħarta kbira hekk kif l-akkwist il-ġdid tagħhom, Mykhailo Mudryk, sofra injury fl-għaksa li se żżommu barra għal żmien twil.
Din l-injury ġiet f’mument delikat għall-winger Ukren, li kien għadu qed jipprova jerġa’ jibni l-karriera tiegħu wara kważi sentejn barra mill-football minħabba sospensjoni relatata mad-doping.
Mudryk, li għandu 25 sena, ingħaqad ma’ Tottenham b’self għal staġun mingħand Chelsea, bit-tama li jerġa’ jsib il-kunfidenza u l-forma tiegħu taħt il-coach Roberto De Zerbi.
Madankollu, fid-debutt tiegħu ma’ Spurs lagħab biss 16-il minuta bħala sostitut kontra Nottingham Forest. Issa se jitlef il-logħbiet kontra Everton, Liverpool fil-League u Aston Villa.
Tottenham kienu qed jittamaw li Mudryk jagħti aktar għażliet fuq il-ġenb tax-xellug tal-attakk. Il-ftehim jinkludi wkoll għażla ta’ £75 miljun biex it-trasferiment isir permanenti. De Zerbi jemmen li, bl-għajnuna tiegħu, Mudryk jista’ jerġa’ jsib l-aħjar forma tiegħu.




