Thursday, September 10, 2026
Home Sport Andoni Iraola jserraħ ras il-partitarji ta’ Liverpool dwar l-”injury” ta’ Bradley Barcola

Andoni Iraola jserraħ ras il-partitarji ta’ Liverpool dwar l-”injury” ta’ Bradley Barcola

0
51

Liverpool kellhom mument ta’ tħassib waqt ir-rebħa ta’ 2-1 kontra Atletico Madrid, meta l-akkwist il-ġdid Bradley Barcola kellu joħroġ mill-ground minħabba problema fil-muskolu tal-pexxul.

Il-Franċiż, li Liverpool ħallsu £123 miljun għalih matul is-sajf, waqa’ wara li għamel sprint u żamm il-parti ta’ wara ta’ siequ. Madankollu, il-coach Andoni Iraola kkonferma wara l-logħba li Barcola ma sofra l-ebda injury serja u li l-problema kienet biss bugħawwieġ.

Barcola, li ma lagħab l-ebda minuta fil-pre-season, kellu żewġ opportunitajiet tajbin biex jiskorja l-ewwel goal tiegħu ma’ Liverpool, iżda ma rnexxilux jikkonkludi. L-ewwel xutt tiegħu ġie salvat minn Jan Oblak, filwaqt li t-tieni wieħed spiċċa barra.

Liverpool sabu ruħhom 1-0 minn taħt wara goal ta’ Marcos Llorente, iżda rreaġixxew b’mod tajjeb. Dominik Szoboszlai kiseb id-draw, qabel Alexis Mac Allister skorja goal spettakolari biex ta r-rebħa lit-team. 

Iraola faħħar il-karattru tat-team u r-reazzjoni tiegħu fit-tieni taqsima.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here