Thursday, September 10, 2026
Home Sport Kampjonat Ewropew tas-Snooker – Sofia 2026 – Bidu tajjeb għal Maltin fil-Bulgarija

Kampjonat Ewropew tas-Snooker – Sofia 2026 – Bidu tajjeb għal Maltin fil-Bulgarija

0
53

L-Erbgħa, f’Sofia, fil-Bulgarija ingħata bidu għal edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tas-Seniors Individwali fejn minn din l-edizzjoni din il-kategorija ġiet maqsuma fi tnejn, għal dawk -il fuq minn 40 sena u -il fuq minn 55 sena, iżda plejer li jkun għalaq il-55 sena jista’ jagħżel f’liema kategorija jixtieq jilgħab. F’dan l-ewwel jum ta’ kompetizzjoni il-ħames plejers Maltin rebħu ħames logħbiet min seba’ li lagħbu fihom waqt il-fażi tal-gruppi.

Fil-kategorija ta’ -il fuq minn 40 sena, ż-żewġ Maltin plejers Maltin, Alex Borg u Philip Ciantar kellhom bidu mill-aqwa fejn rebħu l-konfront tagħhom 3-0.

Borg lagħab kontra Darius Bublys tal-Litwanja u rebaħ it-tliet frames, 72-37, 61-7, 52-7 filwaqt li Ciantar għeleb lill-Irlandiż, Jay Chopra, 79-25, 71-27, 49-36.

Fil-kategorija ta’ -il fuq minn 55 sena li l-European Billiards & Snooker Association qed issejħilha, Super Seniors, il-plejers Maltin huma France Mintoff, Emanuel Mallia u Ivan Attard.

Mintoff kellu bidu tajjeb tant li rebaħ iż-żewġ logħbiet minn tlieta li jrid jilgħab fil-Grupp tiegħu u b’hekk diġà kkwalifika għal fażi tan-knockout. Fl-ewwel logħba rebaħ f’mod komdu, 3-0, kontra il-Finlandiż, Juhani Koskelin, 66-12, 60-13, 54-15 filwaqt li aktar tard fit-tieni logħba kontra l-Ingliż, Ian Buckley, il-partita marret għal frame deċiżiv li Mintoff rebaħ bl-iskor finali ta’ 3-2. Il-punteġġi tal-frames intemmu, 58-22, 41-80, 39-59, 68-47, 70-4.

Mallia ukoll rebaħ l-ewwel konfront tiegħu fejn irkupra tajjeb wara li tilef l-ewwel frame. Huwa temm b’rebħa ta’ 3-1 kontra l-Irlandiż, Stephen Merrigan, 35-49, 72-32, 54-37, 75-65.

Attard fl-ewwel jum lagħab żewġ logħbiet li tilef fit-tnejn li huma u b’hekk ġiet eliminat. Huwa tilef iż-żewġ konfronti tiegħu 3-1 minkejja li fiż-żewġ logħbiet kellu bidu tajjeb peress li rebaħ l-ewwel frame. Kmieni tilef kontra l-Isvediż, Andy Nettleton, 51-26, 23-51, 28-43, 61-66 u aktar tard kontra ex-plejer professjonali minn Wales, Darren Morgan, li huwa wieħed mill-favoriti li jirbaħ din il-kategorija biex iżid man-numru ta’ suċċessi li diġà rebaħ waqt kompetizzjonijiet tal-EBSA fis-snin li għaddew. Kontra Morgan, il-Malti tilef b’dawn il-punteġġi, 60-54, 40-54, 16-54. 21-70.

Il-Ħamis, matul it-tieni jum, l-aħħar logħbiet tal-plejers Maltin waqt il-fażi tal-gruppi ser ikunu dawn għalkemm jista’ jkun li fil-kategorija tas-Super Seniors min jikkwalifika jibda jilgħab fil-fażi tan-knockout.

09:00O/40 Grupp KAlex BorgvsPatrick Geysels (Belġju)
13:00O/40 Grupp CPhilip CiantarvsDarryl James (Wales)
13:00O/55 Grupp AIvan AttardvsPaul Arnold (Irlanda)
15:00O/55 Grupp CFrance MintoffvsEddy Kinderemans (Belġu)
17:00O/55 Grupp JEmanuel MalliavsJohn Breeze (Wales)
17:00O/40 Grupp KAlex BorgvsGavin Colcombe (Wales)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here