Saturday, December 21, 2024

Daqshekk siġar tal-Milied fis-sajf … Mario Morales se jagħlaq in-negozju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-teleshopping tant rinomat u mfittex mill-Maltin u l-Għawdxin se jkun qiegħed jara s-siparju jitniżżel għall-aħħar darba.

Fuq il-paġna ta’ ‘Bargains Teleshopping’ bħalissa hemm ħafna affarijiet għall-bejgħ f’dak li qiegħed jiġi reklamat bħala ‘closining down sale’.

Il-wiċċ ta’ dan it-teleshopping żgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif fl-età ta’ 74 sena Mario Morales żgur li se jibqa’ mfakkar għar-reklami tiegħu li jibdew jirreklamaw affarijiet tal-Milied minn xhur qabel. Matul is-snin bosta kienu dawk li ċċajtaw b’dawn ir-reklami, saħansitra Morales li dejjem kompla jiżviluppa l-karattru ferrieħi tiegħu billi jkompli ma’ dan iċ-ċajt li fl-aħħar mill-aħħar kien l-aqwa riklam tiegħu f’era ta’ aktar minn 50 sena.

F’kummenti lill-midja Morales qal li għalih tiġih naturali li jbigħ il-prodotti tiegħu u qal li hu jista’ jibqa’ jitkellem fuq kollox filwaqt li ħaddieħor ġieli sabha diffiċli biex jiġi intervistat għal ftit minuti.

Filwaqt li Morales irtira f’Ġunju li għadda, huwa se jibqa’ jidher fuq id-diversi reklami li se jibqgħu jixxandru sal-bidu tas-sena d-dieħla minħabba li għad hemm ħafna filmati li ġew irrekordjati għal dan l-iskop.

Ekonomija

Sport