Wednesday, July 24, 2024

Ir-referee Darren England mhux jirreffja partiti ta’ Liverpool f’dan l-istaġun

Aqra wkoll

L-Uffiċjal Darren England, li kien responsabbli mill-VAR fit-telfa mimlija kontroversji ta’ 2-0 ta’ Liverpool kontra Tottenham, mhux se jikkontrolla partita oħra ta’ Liverpool dan l-istaġun.

Waqt il-partita, Liverpool kellhom goal leġittimu ta’ Luis Diaz  mħassar, fl-34 minuta, għal offside ineżistenti minħabba nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn l-uffiċċju tal-VAR mar-referee, Simon Hooper, li kien qed jikkontrolla l-partita.  

Jidher li l-uffiċjali tal-VAR fehmu ħażin id-deċiżjoni ta’ Hooper  fejn ħasbu li l-goal kien ġie konvalidat iżda ftit sekondi wara ndunaw li l-player ta’ Liverpool kien onside. Peró ma setgħu jagħmlu xejn minħabba li l-logħob kien diġá tkompla … u skond il-protokolli ladarba l-logħob jissokta ħadd ma jista’ jwaqqaf id-deċiżjoni. 

L-iżball wassal għal apoloġija mill-korp tar-referee PGMOL, li ammetta li  kien ‘żball uman sinifikanti’ filwaqt li ġie ppubblikat l-audio tal-konversazzjoni bejn l-uffiċjali kollha.

Ekonomija

Sport