Wednesday, December 25, 2024

“Daqshekk tbatija sieħbi … kif rajt il-messaġġ bqajt inħares lejn il-mobile”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Persuna li diffiċli ssib bħalek fuq il-post tax-xogħol għax kont kollega u ħabib. Din kienet waħda mill-ħafna deskrizzjonijiet sbieħ li tħallew fuq il-profil tal-mibki Jesmond Galea. 

Huwa jibqa’ mfakkar għad-dedikazzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol fejn kien jimpurtah minn kulħadd, minn kollegi sa ħbieb u pazjenti li lanqas biss ikun jaf.

Galea miet wara ġlieda mal-marda kiefra tal-kanċer u fost dawk li sellmulu spikkaw il-kollegi tiegħu, b’wieħed minnhom jgħid li kif ra l-messaġġ ta’ ibnu baqa’ jħares lejn il-mobile. 

“Grazzi ħabib ta’ kollox. Grazzi ta’ kemm sibtek hemm għalija u kif wegħedtek lil ibnek se ngħinu kif dejjem jiena sibt lilek biex tgħini sieħbi”, temm jgħid wieħed mill-messaġġi.

Ekonomija

Sport