Monday, May 13, 2024

Sparatura fi Florida: 2 maqtula u 18 feruti waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Halloween 

Aqra wkoll

Ġlieda bejn żewġ gruppi waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Halloween fi Florida wasslet biex inqatlu żewġ persuni u 18-il persuna oħra kellhom jiġu rikoverati fi sptarijiet lokali.

L-uffiċjali tal-pulizija ssejħu fuq il-post wara rapporti ta’ sparatura f’Tampa ftit qabel it-3.00 a.m. tal-Ħadd. Il-ġlieda seħħet f’żona b’diversi bars u klabbs, fejn kien hemm bosta nies fuq il-post. 

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga jekk in-nies involuti f’din il-ġlieda kinux fuq ġewwa ta’ wieħed mill-bars qabel seħħet l-isparatura. Filmat li tpoġġa fuq l-internet wera nies bil-kostumi ta’ Halloween jixorbu u jitkellmu fit-triq meta jinstemgħu tiri ta’ arma tan-nar. 

Uħud mill-persuni niżlu taħt l-imwejjed biex jistkennu, filwaqt li f’filmat ieħor dehru l-pulizija dehru jaslu fuq il-post u jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni feruti. 

Il-Kap tal-Pulizija ta’ Tampa, Lee Bercaw, indirizza konferenza stampa fejn qal li l-każ kellu l-bidu tiegħu wara ġlieda bejn żewġ gruppi. Qal li f’din il-ġlieda, kien hemm mijiet ta’ persuni innoċenti li spiċċaw involuti huma wkoll.

Huwa ma pprovdiex aktar dettalji tal-ġrieħi li sofrew il-vittmi li ttieħdu fl-isptarijiet tal-inħawi. Wieħed mis-suspettat ta lillu nnifsu lill-pulizija, iżda l-investigaturi jemmnu li kien hemm minn tal-inqas żewġ persuni oħra li sparaw f’dan il-każ.

Sadanittant, il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha biex tistabbilixxi x’wassal għal din il-ġlieda. Bercaw żied jgħid li kien hemm ukoll xi uffiċjali fuq il-post fil-ħin tal-isparatura iżda b’xorti tajba ħadd minnhom ma weġġa’. 

Sport