Mistoqsi mid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis dwar il-perjodu tal-Milied f’Għawdex, il-Ministru Camilleri qal li: “qed nippreparaw programm sħiħ għal Diċembru b’attivitajiet tul ix-xahar kollu. Qed nesploraw u nitkellmu mal-awtoritajiet tas-saħħa biex wieħed ikun jista’ jorganizza dawn l-attivitajiet f’konformità mar-regolamenti tas-saħħa. Dwar Bethlehem f’Għajnsielem għadna għaddejjin bid-diskussjonijiet. Ftit tal-jiem oħra se nniedu dan il-programm turistiku.”