Xewkija Tigers FC ħabbru li l-kowċ Serb Darko Stojanovic se jkun il-Kowċ il-ġdid tat-tim. Huwaiffirma kuntratt ta’ sentejn mat-Tigers.
Stojanovic ġej minn perjodu pożittiv ma’ Għajnsielem FC fejn it-tim spiċċa t-tieni fil-Kampjonat fl-istaġun li għadda. Qabel dan, huwa kkowċja wkoll lil Oratory Youths.
Barra minn hekk, din mhux se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu fil-klabb peress li lura fi żmien tiegħu bħala player, l-eks difensur ċentrali qatta’ xi żmien ma’ Xewkija.
Fi stqarrija, Xewkija Tigers qalu li l-klabb kien għamel pass importanti ’l quddiem fir-ristrutturar tiegħu għall-istaġun li ġej u lil hinn.
F’isem il-klabb kollu, huma laqgħu lill-Kowċ Darko, filwaqt li wegħduh l-appoġġ kollu tagħhom u aawgurawlu l-isbaħ xewqat.


