Saturday, September 7, 2024

Darren Abdilla jirriżenja minn kowċ ta’ Gzira Utd

Aqra wkoll

Gzira United ħabbru li rriżenja l-kowċ Darren Abdilla.

Darren Abdilla kien ingħaqad ma’ Gzira United fl-Ewwel Diviżjoni f’nofs l-istaġun 2014/15, u mexxa lill-klabb fit-tielet post u l-post tal-Play-Off. Fl-istaġun ta’ wara, mexxa lill-Maroons għall-promozzjoni fil-Premier League wara assenza ta’ 34 sena u s-sajf ta’ wara, iffirma ftehim ġdid bħala parti mill-istaff tekniku tal-klabb għalkemm ma kienx għadu l-head coach. Madankollu reġa’ ġie appuntat bħala kowċ ftit xhur wara. Fis-sajf tal-2019, ingħaqad ma’ Valletta iżda tkeċċa fi Frar meta ironikament Valletta kienu qed jaqsmu l-ewwel post fil-klassifika ma’ Floriana. Abdilla reġa’ ingħaqad mal-Gżira fis-sajf tal-2020.

Aktar kmieni fil-karriera tiegħu, serva bħala kowċ ma’ St Georges, Birżebbuġa St Peters u assistent kowċ ma’ Floriana, Hibernians u Valletta, fost timijiet oħra.

Dan is-sajf il-Maroons għamluha għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League iżda bħalissa jinsabu fir-raba’ post mill-qiegħ fil-BOV Premier League bi 11-il punt minn 12-il partita.

Ekonomija

Sport