Wednesday, July 24, 2024

Erba’ ajruplani ġodda jirreġistraw f’pajjiżna fl-ewwel jiem tas-sena

Aqra wkoll

Pajjiżna qiegħed jonfoq madwar €100,000 f’marketing, liema somma tkopri attivitajiet relatati mas-settur tal-avjazzjoni li Malta tispnsorja u jew parzjalment tisponsorja, kif ukoll reklamar.

Ikkonferma dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia. 

Delia staqsa wkoll dwar kemm hawn ajruplani reġistrati f’pajjiżna mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum, bil-Ministru jwieġeb li hemm erba’ ajruplani ġodda għal total ta’ 863 ajruplan. Meta mitlub iqabbel mas-sentejn ta’ qabel Bonett qal li sal-1 ta’ Jannar 2023 kien hemm 691 ajruplan reġistrati f’ Malta, u sal-1 ta’ Jannar 2022 kien hemm 519-il ajruplan reġistrati f’Malta.

Il-Ministru żied jgħid li filwaqt li l-leġislazzjoni għenet u tkompli tgħin fit-tkabbir ta’ dan is-settur, wieħed ta’ min jinnota li l-akbar inċentiv (marketing) hija r-reputazzjoni li Malta tgawdi f’ dan il-qasam. Huwa temm jgħid li barra minn hekk Malta tipparteċipa fil-European Business Aviation Convention & Exhibition (EBACE) peress li huwa forum ewlieni għall-avjazzjoni industrijali.

Ekonomija

Sport