Tuesday, May 14, 2024

Darts: Albert u Enrico Scerri f’turnament fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Albert u Enrico Scerri jinsabu fil-belt Ingliża ta’ Newcastle sabiex jieħdu sehem f’turnament open tad-darts.

F’dan it-turnament se jipparteċipaw diversi plejers tad-darts Brittaniċi b’Albert u ibnu Enrico li se jieħdu sehem kemm fil-kategorija singles kif ukoll dawk tad-doubles.

It-turnament jibda l-Ġimgħa li ġej u jispiċċa l-Ħadd.

Iż-żewġ plejers tad-darts li jilagħbu wkoll mat-tim nazzjonali Malti qed jippreparaw bi sħiħ għal dan l-avveniment filwaqt li qed iwettqu taħriġ intensiv.

Sport