Wednesday, April 24, 2024

Malta Veterans jegħlbu lil Mellieħa f’partita ta’ ħbiberija speċjali

Aqra wkoll

It-tim tal-Malta Veterans għeleb lil Mellieħa bl-iskor ta’ 4-1 f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fil-grawnd tal-Mellieħa. Dan kollu sar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dawn ta’ Mellieħa Sports Club f’għeluq il-75 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom.

Il-Veterans Maltin mal-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom sa mill-bidu u stabilixxew vantaġġ ta’ tliet gowls grazzi għal Alex Muscat, Trevor Cilia u frikik il-ġmiel tiegħu ta’ Stephen Wellman.

Fit-tieni taqsima saru diversi sostituzzjonijiet b’Mellieħa li bdew tajjeb u naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Alex Akl.

Minkejja kollox, Malta Veterans sabu ċ-ċans li jiskorjaw ir-raba’ gowl meta wara kontrattakk veloċi, kien Firas Aboulezz li rċieva tajjeb mil-lemin u b’xutt tajjeb għeleb għar-raba’ darba lill-gowlkiper Mellieħi.

Sport