Erba’ timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-grupp B tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association. Dan hu l-verdett li ħareġ wara ġimgħa oħra ta’ logħob fi grupp li jidher ferm bilanċjat bit-timijiet li se jissieltu sal-aħħar sabiex jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.
Manchester Conquest Pub spiċċaw fi dro ta’ 3-3 kontra St Paul’s Diamonds f’logħba ferm bilanċjata bir-riżultat finali li kien wieħed ġust. L-istess St Paul’s Diamonds rebħu l-logħba ta’ wara bl-iskor ta’ 5-1 din id-darba kontra Duke of Connaught sabiex jinsabu fil-quċċata flimkien mat-tliet timijiet l-oħra.
F’logħba oħra bilanċjata, Sliema Inter DC u PO’s Bar spiċċaw fi dro ta’ 3-3.
Sadanittant fl-unika logħba li kellna minn grupp A, Floriana Ajax baqgħu jżommu t-tieni post tal-klassifika meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Żebbuġ Rangers 4-2.
KLASSIFIKA – GRUPP A
Ħamrun Bayern 12, Floriana Ajax 7, Top Gun Bar 5, Żebbuġ Rangers 3, Banda Birżebbuġa 1990 1
KLASSIFIKA – GRUPP B
Manchester Conquest Pub, St Paul’s Diamonds, PO’s Bar, Sliema Inter DC 7, Duke of Connaught 0