Sunday, December 22, 2024

Darts: Floriana A. inkurunati champions

Aqra wkoll

Floriana Ajax Premier Cars ġew inkurunati bħala champions fi tmiem il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni organizzat mill-MDA. Il-Furjaniżi setgħu jiċċelebraw dan is-suċċess b’rebħa ta’ 5-3 kontra Birżebbuġa Lions sabiex kumplessivament 54 punt tul l-istaġun kollu.

Żejtun Laċċi Gold Lady temmew il-kampjonat fit-tieni post tal-klassifika wara skor simili ta’ 5-3 kontra Floriana Ajax MCP. Mill-banda l-oħra, kellna superjorita’ assoluta minn Ħamrun Bayern A li għelbu faċilment lil PO’s Bar Gudja 8-0.

Finalment kien hemm bilanċ assolut fil-logħba bejn Sliema Lounge A u Ħamrun Bayern B bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-4.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, it-tim promoss bħala champion Birgu Boċċi Club A ġew ippreżentati bit-tazza. Minkejja kollox, huma tilfu l-aħħar konfront tagħhom kontra Domus Men 5-3. L-istess skor kien reġistrat fil-logħba bejn Beland u Leah’s Bar A b’tal-ewwel li joħorġu rebbieħa.

Top Gun għalqu l-istaġun b’rebħa wara skor ta’ 6-2 kontra Żebbuġ Rangers Darts Team.

Fit-tielet diviżjoni, Leah’s B temmew l-impenji tagħhom bħala champions bi draw ta’ 4-4 barra minn darhom kontra Munchies Bar.

Sliema Lounge B u Mqabba Tal-Ġilju rebħu lil Domus Ladies (8-0 walk-over) u Tal-Balklor (7-1) filwaqt li Nicolo Isouard u Birgu Boċċi B ħadu punt kull wieħed wara draw ta’ 4-4.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A 54, Żejtun Laċċi A 48, Ħamrun Bayern A 47, Birżebbuġa Lions 40, Floriana Ajax MCP, Sliema Lounge A 17, Ħamrun Bayern B 7, PO’s Bar 6.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 56, Domus Men’s 51, Duke’s Bar 48, Top Gun 29, Cox Bar 25, Beland Żejtun 23 Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar A 4.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’s Bar B 60, Żejtun Laċċi Maypole 53, Birgu Boċċi Club B 44, Mqabba tal-Ġilju 39 , Nicolo Isouard 29, Munchies Bar 26, Tal-Balklor Senglea 21, Sliema Lounge B 12, Domus Ladies 8.

Ekonomija

Sport