Thursday, April 18, 2024

Darts: Floriana Ajax A jkomplu jikkonvinċu

Aqra wkoll

Floriana Ajax A kisbu l-akbar rebħa tal-ġurnata fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts meta f’darhom għelbu lil PO’s Bar 8-0. Kienet wirja dominanti mit-tim champion ta’ Malta li ftit ħalla ċans lill-plejers avversarji jiksbu xi ħaġa sabiex issa jinsabu b’punti massimi fil-klassifika.

Anke Ħamrun Education u Ħamrun Bayern A kellhom ġurnata pożittiva hekk kif għelbu bl-istess skor ta’ 7-1 lil Sliema Inter DC u Floriana Ajax B rispettivament.

Mill-banda l-oħra kellna dwell interessanti bejn Qormi Hockey Club A u Manchester Conquest b’tal-ewwel jirbħu 5-3.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Qormi Hockey Club B ixxalaw u għelbu lil Birżebbuġa St Peters 8-0 filwaqt li Fgura Darts Team B għelbu lil Ħamrun Bayern B 6-2.

Fl-istess waqt kellna konfronti ferm interessanti li spiċċaw bi skor ta’ 5-3 fejn hawn kienu żewġ timijiet mill-istess lokalita’ ta’ Buġibba iġifieri Whyte Hart u Munchies li għelbu lil Żurrieq FC u Top Gun Bar rispettivament.

Fit-tielet diviżjoni, Banda Birżebbuġa għelbu lil Education Bar Ladies 8-0 filwaqt li St Pauls Diamonds rebħu lil Fgura Darts A 6-2. Qormi Hornets batew aktar milli mistenni sabiex kisbu rebħa ta’ 5-3 kontra Mqabba tal-Ġilju filwaqt li kellna draw eċitanti ta’ 4-4 bejn Beland Bull’s Eye u Cox Sports Bar.

Ekonomija

Sport