Monday, May 13, 2024

Darts: Floriana Premier Cars A u Birżebbuġa Lions jibqgħu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Iċ-champions Floriana Premier Cars A u Birżebbuġa Lions baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tad-darts meta rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom b’mod ferm konvinċenti.

L-ikbar skor tal-ġurnata kisbuh l-istess tim minn Birżebbuġa li għelbu lil PO’s Bar Gudja 8-0 f’partita li huma ddominaw.

Il-Furjaniżi batew aktar milli mistenni sabiex jegħlbu lil Żejtun Laċċi A 6-2

Ħamrun Bayern A baqgħu jżommu l-isfida tagħhom għat-titlu wara li għelbu lil Sliema Club Lounge A 6-2 filwaqt li Floriana Ajax MCP rebħu 5-3 lil Ħamrun Bayern B.

Fit-tieni diviżjoni, Domus Men issa huma l-leaders assoluti wara r-rebħa ta’ 7-1 kontra Top Gun Bar Marsa.

Sadanittant, Birgu Boċċi Club A ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Duke’s Bar. Sadanittant, Żebbuġ Rangers Darts Team u Cox Sports Bar kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Leah’s Bar A u Beland Darts Team rispettivament.

It-tielet diviżjoni s’issa hu ddominat minn Żejtun Laċċi Maypole li rebaħ l-erba’ logħbiet li lagħbu. Il-Ġimgħa li għaddiet baqgħu jżommu din is-serje pożittiva wara skor pożittiv ta’ 6-2 kontra Domus Ladies Żejtun.

Tal-Balklor Senglea kisbu l-ikbar skor ta’ 8-0 kontra Munchies f’logħba li ddominaw. Mill-banda l-oħra, it-tim fit-tieni post Birgu Boċċi B ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Tal-Ġilju Mqabba filwaqt li Leah’s Bar B kisbu riżultat pożittiv ta’ 5-3 kontra Nicolo Isouard.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Premier Cars A, Birżebbuġa Lions 10, Ħamrun Bayern A 7, Żejtun Laċċi Gold Lady 6, Floriana Ajax MCP 5, Sliema Lounge A 4, Ħamrun Bayern B, PO’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Domus Men’s 12, Birgu Boċċi Club A 10, Duke’s Bar 8, Cox Bar 6, Top Gun 4, Beland Żejtun, Żebbuġ Rangers DT 4, Leah’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Żejtun Laċċi Maypole 12, Birgu Boċċi B 5, Mqabba Tal-Ġilju, Nicolo Isouard, Leah’s Bar B 4, Munchies, Domus Ladies 3, Tal-Balklor 1, Sliema Lounge B 0

Sport