Monday, May 13, 2024

Darts: Ħamrun Bayern u Team Fgura A jibqgħu konsistenti

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern u Team Fgura A baqgħu jżommu l-konsistenza ta’ dawn l-aħħar ġimgħat u rebħu l-logħbiet tagħhom sabiex baqgħu jżommu l-ewwel post fil-grupp rispettiv tagħhom.

Kienet ġimgħa intensiva tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-MDA minħabba li kull tim lagħab darbtejn ġimagħtejn qabel tispiċċa l-ewwel fażi.

Ħamrun Bayern kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-1 kontra Leah’s Bar u PO’s Bar rispettivament f’konfronti li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

L-eqreb rivali tagħhom Birgu Boċċi Club baqgħu jżommu t-tieni post ta’ grupp A wara rebħiet ta’ 6-0 u 5-1 kontra Fgura Maypole u Leah’s Bar rispettivament.

Floriana Ajax MCP qed jissieltu għat-tieni post li jista’ jfisser kwalifikazzjoni għat-tieni round wara rebħiet konsekuttivi ta’ 4-2 kontra PO’s Bar u Fgura Maypole rispettivament.

Fi grupp B, Team Fgura huma aċċertati minn kwalifikazzjoni għat-tieni fażi wara rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Top Gun b’dawn tal-aħħar li ħadu punt fil-ġurnata ta’ wara fid-draw ta’ 3-3 kontra Top Gun Bar.

Floriana Premier CC jinsabu fit-tieni post hekk kif għelbu lil Domus 4-2 fil-konfront dirett.

KLASSIFIKA – GRUPP A

Ħamrun Bayern 24, Birgu Boċċi Club 19, Floriana MCP 16, Fgura Maypole 7, PO’s Bar Gudja 3. Leah’s Bar 1,

KLASSIFIKA – GRUPP B

Team Fgura A 16, Floriana Premier CC 10, Juventutis Domus 9, Duke’s Bar, Top Gun 2.

Sport