Thursday, April 18, 2024

Darts: Ħamrun Education, Ħamrun Bayern A u Fgura Kenky bl-akbar rebħiet

Aqra wkoll

It-Tlieta li għaddew intlagħbet it-tieni ġurnata tal-kampjonat 5-a-side organizzat mill-Malta Darts Association fejn minn grupp A, Ħamrun Bayern A irreġistraw it-tieni rebħa staġjonali wara skor kbir ta’ 5-0 kontra Fgura Maypole. Min-naħa l-oħra, Sliema Inter DC kisbu l-ewwel tliet punti wara li għelbu lil Duke’s A 3-2.

Fi grupp B, Manchester Conquest Pub ikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom b’rebħa ta’ 3-2 kontra PO’s Bar filwaqt li fi grupp Ċ, Ħamrun Education iddominaw il-konfront tagħhom kontra Floriana Ajax MCP 5-0. Birżebbuġa Lions kisbu rebħa tajba ta’ 4-1 kontra Ħamrun Bayern B.Finalment fi grupp D, Fgura Kenky reġgħu kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 din id-darba kontra Leah’s Bar filwaqt li Floriana Ajax A kienu aħjar minn Beland Żejtun tant li rebħu 4-1.

Ekonomija

Sport