Wednesday, April 24, 2024

Darts: It-timijiet Ħamruniżi bl-ikbar rebħiet

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa ntlagħbet it-tielet ġurnata tal-kampjonat 5-a-side organizzat mill-Malta Darts Association fejn spikkaw ir-rebħiet kbar li kisbu ż-żewġ timijiet tal-Ħamrun.

Fil-fatt minn grupp Ċ, Ħamrun Education għelbu lil Ħamrun Bayern B 5-0 filwaqt li l-ewwel tim tal-istess Ħamrun Bayern A ġab l-istess skor rebbieħ kontra Sliema Inter Darts Club.

Duke’s A u Fgura Kenky ma sabuhiex daqshekk faċli sabiex jegħlbu lil Fgura Maypole u Floriana Ajax Clean rispettivament bl-iskor ta’ 3-2.

F’aktar logħbiet, Beland, PO’s Bar u Birżebbuġa Lions irreġistraw l-istess skor ta’ 4-1 kontra Leah’s Bar, Żebbuġ Rangers u Floriana Ajax MCP rispettivament.

Sport