Friday, April 26, 2024

Fi tliet snin inħarġu kważi 885,000 ċitazzjoni mil-LESA

Aqra wkoll

Fi tliet snin mill-2020 sal-2022, il-LESA ħarġet mill-inqas 884,731 ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet diversi. Minn dan l-ammont, 16,486 ma nstabux ħatja mit-Tribunal tar-reat li kienu mħarrkin għalih.

Statistika dwar dawn it-taħrikiet ingħatat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurta u r-Riformi Dr Byron Camilleri fi tweġiba parlamentari li ta għal mistoqsija tad-deputat nazzjonalista Ivan Brtolo.

L-istess statistika turi wkoll li 68,038-il ċitazzjoni kienu kontestati permezz ta’ petizzjoni jew quddiem it-Tribunal. Minn dawn kollha, 20,336 każi ta’ kontestazzjionijiet kienu aċċettati filwaqt li 6,428 instabu ħatja.

Sadanittant f’tagħrif ieħor li ngħata ftit jiem ilu fil-parlament, il-Ministru Camilleri qal li d-dħul tal-LESA miċ-ċitazzjonijiet f’dawn l-aħħar snin beda minn €9 miljuni fl-2019, filwaqt li s-sena li għaddiet id-dħul kien jammonta għal kważi €13.5 miljun.

Sport