Wednesday, March 27, 2024

Iweġġa’ ħafif f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Pegeout Partner, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Gżira, u karozza tal-għamla Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq ta’ 35 sena, fejn aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport