Friday, September 30, 2022

David Beckham jiżvela li l-mara tiegħu dejjem kielet l-istess ikel għal dawn l-aħħar 25 sena!

Aqra wkoll

L-eks captain tal-Ingilterra David Beckham żvela li martu, Victoria, ilha tiekol l-istess ikla kuljum għal 25 sena … minn mindu ltaqgħu. 

Beckham iltaqa’ ma’ dik li qabel kienet tifforma parti mill-grupp Spice Girls lura fis-snin 90 u minkejja li r-relazzjoni tagħhom hija waħda pubblika … għaddew minn kull test tal-mikroskopju. 

Waaqt li  kien qed jitkellem fuq podcast  ta’ radju partikolari, l-eks winger ta’ Manchester United iddiskuta d-drawwiet tal-ikel tiegħu meta mqabbel ma’ dak ta’ martu.

“Jien pjuttost inħobb u napprezza l-ikel u l-inbid li jkolli quddiemi … u meta nkun qed niekol xi ħaġa kbira inkun nixtieq li kulħadd jipprovaha,” huwa stqarr. 

“Sfortunatament jien miżżewweġ lil xi ħadd li kiel l-istess ikla għal dawn l-aħħar 25 sena.

“Minn meta ltqajt magħha hija tiekol biss ħut mixwi, ħxejjex bil-fwar u rari tbiddel dan l-ikel.”

Beckham, li għandu 46 sena, kompla jgħid:  “L-unika darba li qatt kielet xi ħaġa mill-platt tiegħi kienet meta kienet tqila b’Harper … u dak in-nhar bqajt skantat u ma riedx nemmen dak li kont qed nara. 

“Kienet waħda mis-serati favoriti tiegħi. Ma nistax niftakar x’kienet imma naf li ma kilithiex aktar minn dak iż-żmien.”

David u Victoria għandhom erbat itfal u t-tieni l-akbar iben tagħhom, Romeo, mexa fuq il-passi ta’ missieru minħabba li jilgħab football professjonali. 

Huwa għamel id-debutt tiegħu ma’ Inter Miami s-sena l-oħra f’logħba ta’ ħbiberija kontra t-team Peruvjan, Universitarios.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Delicious

Sport