Friday, September 30, 2022

UNL – Se nkunu qed nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex niksbu riżultat pożittiv – Devis Mangia

Aqra wkoll

Lejlet il-partita bejn l-Estonja u Malta valida mill-UEFA Nations Cup, tkellem il-coach tat-team nazzjonali Devis Mangia.

Huwa qal li: “Ippreparajna għall-logħba bl-aħjar mod possibbli. Se nkunu qed nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex niksbu riżultat pożittiv, għalkemm nafu li l-Estonja huma favoriti kemm minħabba r-riżultat tal-ewwel logħba kif ukoll minħabba r-rankings uffiċjali tal-FIFA.”

“Irridu nippruvaw nirrepetu l-logħba li lgħabna f’Malta iżda rridu nevitaw xi żbalji li stajna wettaqna f’dik il-partita.”

“Qed nistenna logħba tajba mill-players tiegħi.”

“Id-data qed turi li ninsabu f’kundizzjoni aħjar minn dik li konna f’Ġunju iżda dan jgħodd ukoll għall-Estonja li jinsabu fil-qalba tal-kampjonat tagħhom.”

“Irridu nippruvaw niddettaw il-logħob tagħna u niffukaw fuq il-pjan tagħna.”

Mistoqsi fuq jekk għandux il-players kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, huwa wieġeb li minn 26 player, huwa għandu 25 player disponibbli hekk kif Adam Magri Overend ma vjaġġax mat-team minħabba injury.

Intant, indirizza din il-konferenza stampa wkoll, il-midfielder internazzjonali ta’ Hamrun Spartans, Matthew Guillaumier, li meta mistoqsi rigward l-esperjenza pożittiva riċenti tagħhom fil-UEFA Europa Conference League huwa qal li:

“L-esperjenza tagħna fl-Ewropa kienet waħda ferm pożittiva hekk kif irnexxielna  niktbu l-istorja. Il-partiti kienu benefiċċjarji għalina minħabba li rnexxielna nilagħbu tmien logħbiet tal-ogħla livell.”

Mistoqsi fuq x’qed jistenna mill-partita kontra l-Estonja, huwa wieġeb li hu u l-players sħabu jinsabu kunfidenti li jistgħu tabilħaqq jiksbu riżultat pożittiv.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Delicious

Sport