Thursday, April 18, 2024

Ħaddiem isofri ġrieħi gravi f’Għawdex 

Aqra wkoll

Illum, il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar kien seħħ inċident ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq Bentrija, ix-Xagħra Għawdex. 

Minn investigazzjoni illi saret irriżulta li raġel ta’ 31 sena, residenti x-Xewkija weġġa’ waqt li kien qed juża wall chaser. 

Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport