Tuesday, April 23, 2024

Alex Ferguson jaqla’ £235,000 fil-ġimgħa minkejja li rtira disa’ snin ilu

Aqra wkoll

Minkejja li rtira it-tmexxija tat-team ta’ Manchester United, fl-2013, Alex Ferguson xorta waħda għadu jaqla’ £235,000 fil-ġimgħa.

L-Iskoċċiż ta’ 80 sena, li serva lir-Red Devils għal 26 sena fejn rebaħ dak kollu li joffri l-footbal, ingħata l-irwol ta’ ambaxxatur fejn għandu dħul ta’ £2 miljun għal 20 jum fis-sena.  

Barra minn hekk l-investimenti ta’ Ferguson, il-kuntratti ta’ kotba u dehriet pubbliċi jaraw id-dħul totali tiegħu daqs l-aqwa player tal-Premier League.

Skond rapporti finanzjarji, Ferguson daħħal £12.2 miljun is-sena l-oħra, bil-valur ġenerali tal-kumpaniji personali tiegħu jogħla għal £40 miljun. Fil-fatt, skond l-aħħar ċifri mill-kumpanija tiegħu ACF Sports Promotions, l-assi tiegħu żdiedu minn £17.5 miljun għal £ 26 miljun fl-2021.

Minbarra l-assi totali tiegħu li jiswew £39.2 miljun f’ditti reġistrati fil-Companies House, Ferguson gawda suċċess kbir minn –  Alex Ferguson: My Autobiography – ktieb li biegħ miljuni ta’ kopji madwar id-dinja minn meta ħareġ fl-2013.

Sport