Friday, November 8, 2024

David Beckham se jkun il-wiċċ uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2022

Aqra wkoll

Huwa mifhum li David Beckham qabel ma’ ftehim ta’ £150 miljun biex isir ambaxxatur għall-Qatar matul l-għaxar snin li ġejjin, fejn fost oħrajn se jkun qed jirriżulta bħala l-wiċċ uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2022.

Din hija mossa li ntlaqgħet bi kritika ħarxa minn ħafna, bl-ikona ta’ Manchester United ikun akkużata b’dupliċità fil-kampanja ta’ ħasil tal-isport tal-pajjiż.

Il-leġġenda tal-Ingilterra ġie muri f’posters fil-pajjiż aktar kmieni dan ix-xahar, waqt li dehru wkoll diversi ritratti ta’ xi wħud mill-grounds li se jintużaw għat-tournament tas-sena d-dieħla.

Beckham se jkollu rwol uffiċjali bħala parti minn ftehim li għandu jitħabbar ix-xahar id-dieħel u li se jarah ukoll jippromwovi t-turiżmu u l-kulturá fil-Qatar.

Huwa rrappurtat li l-ex player ta’ 46 sena intqal lilu li l-bnadar tal-qawsalla se jkunu permessi fit-Tazza tad-Dinja, f’pajjiż li ffaċċja kritika għar-rekord tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment lejn persuni omosesswali u nisa.

“David dejjem tkellem dwar il-qawwa tal-football bħala forza għall-ġid f’ħafna livelli,” qalet kelliema għal Beckham.

“Meta nidħlu fis-sena d-dieħla, hu se jingħaqad mal-komunità usa tal-football li qed tingħaqad għat-Tazza tad-Dinja 2022 u qed jistenna bil-ħerqa dak li jaħseb li se jkun tournament mill-aqwa.”

Ir-relazzjoni ta’ Beckham mal-Qatar mhix waħda ġdida, hekk kif ilha ġejja minn żmienu bħala player ta’ Paris Saint-Germain.

Sport