Saturday, December 21, 2024

Davide Mazzotta jnaqqas l-iskwadra Maltija għal 26 player

Aqra wkoll

Il-coach interim ta’ Malta, Davide Mazzotta, iffinalizza l-iskwadra tiegħu għall-partiti internazzjonali li ġejjin, u naqqasha għal 26 player.

It-tim nazzjonali Malti se jilgħab l-ewwel mat-Turkmenistan f’partita ta’ ħbiberija ġewwa darna nhar il-Ħamis 10 ta’ Ottubru, segwita minn konfront kruċjali tal-UEFA Nations League kontra l-Moldova fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru.

L-għażla tal-Coach Mazzotta hija taħlita ta’ esperjenza u talent frisk hekk kif Malta qed tfittex li tibni l-momentum taħt it-tmexxija temporanja tiegħu. L-iskwadra finali ta’ 26 plejer hija din:

Goalkeepers – Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol – MOL), Matthew Grech (Zabbar St Patrick FC)

Difensuri – Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Luke Tabone (Haverfordwest County AFC – Wales), Neil Micallef (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Zach Muscat (Bla klabb), Gabriel Mentz (Gzira U. FC)

Midfielders – Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – Polonja), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC), Ryan Scicluna (Marsaxlokk FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC – Franza), Dunstan Vella (Floriana FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC) ), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC), Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC)

Attakkanti – Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Kemar Reid (Floriana FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Paul Mbong (Birkirkara FC), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Trent Anthony Buhagiar (Brescia Calcio – Italja ), Basil Tenywa Tuma (Reading U21 – Ingilterra)

Il-partitarji ħerqana li jappoġġjaw lit-tim nazzjonali jistgħu jixtru l-biljetti mis-sit uffiċjali tal-MFA.

Ekonomija

Sport