Thursday, September 10, 2026
Home Sport UEFA Champions Lge: Paritá bejn Fenerbahce u Roma

UEFA Champions Lge: Paritá bejn Fenerbahce u Roma

0
44

Archie Brown skorja hekk kif Fenerbahce bdew ir-ritorn tagħhom fiċ-Champions League bi draw ta’ 1-1 kontra Roma. 

Bryan Cristante poġġa lil Roma fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima b’xutt mill-bogħod li spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Għalkemm Roma kellhom aktar pussess tal-ballun, il-logħba kienet bilanċjata u Fenerbahce dehru aktar perikolużi fi tliet kwarti tal-ground.

Ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima, Brown, difensur ta’ 24 sena, kiseb id-draw wara li rċieva mingħand Mason Greenwood.

Brown twieled fl-Ingilterra u għadda mill-akkademji ta’ West Bromwich Albion u Derby County, iżda qatt ma lagħab football professjonali fl-Ingilterra. 

Qabel kien lagħab ma’ Lausanne fl-Isvizzera u Gent fil-Belġju. 

Roma ppruvaw jerġgħu jmorru fil-vantaġġ, iżda ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja.

Fenerbahce komplew jheddu bil-kontrattakki, speċjalment wara li daħal Romelu Lukaku, iżda ma rnexxilhomx jiskorjaw il-goal tar-rebħa. 

Il-club Tork issa se jilgħab kontra Aston Villa, waqt li Roma se jospitaw lil Real Madrid.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here