Thursday, September 10, 2026
Home Sport Il-Premier League Ingliż jippubblika l-fixtures tal-Milied

Il-Premier League Ingliż jippubblika l-fixtures tal-Milied

0
45

Il‑Premier League Ingliż  ħabbar l‑iskeda tal‑partiti tal-festi tal-Milied, b’seba’ logħbiet ikkonfermati għall‑Boxing Day.

Is‑sena li għaddiet kien hemm biss konfront wieħed wara l‑Milied, bil‑maġġoranza tal‑partiti jintlagħbu fit‑27 ta’ Diċembru.

Il‑Boxing Day ta’ din is-sena se tkun nhar ta’ Sibt, u l‑Premier League ħabbar programm ta’ partiti li jinfirex bejn is‑26 ta’ Diċembru u t‑3 ta’ Jannar.

Aston Villa jilagħbu kontra Leeds United fil-Boxing Day, fin-12.30 pm.

fil‑kick‑off ta’ nofsinhar nhar il‑Boxing Day, bil‑partita tibda fit‑12:30pm.

Erba’ logħbiet se jsiru fit‑3.00pm, fosthom tnejn fil‑kapitali: Tottenham jilagħbu kontra Bournemouth u Fulham jospitaw lil Brighton.

Brentford, li huma minn West London, se jivvjaġġaw biex jaffaċċjaw lil Ipswich Town, filwaqt li Everton jilagħbu d‑dar kontra Sunderland.

Il‑kick‑off tal‑5:30pm tara lil Hull City — li huma ġodda fil‑Premier League — jaffiċċjaw lil Liverpool.

Il‑partita finali tal‑ġurnata tara lil Manchester City jivvjaġġaw biex jiltaqgħu ma’ Newcastle United fit‑8.00 pm.

Nhar il‑Ħadd, 27 ta’ Diċembru, jinfirxu tliet logħbiet, b’Coventry City ta’ Frank Lampard taffaċċja lil Chelsea fit‑2.00 pm.

Manchester United jospitaw lil Nottingham Forest mill‑4:30pm, filwaqt li Crystal Palace jilagħbu kontra Arsenal fis‑7.00 pm.

Il‑perjodu impenjattiv ikompli fit‑29 ta’ Diċembru, b’Hull jilagħbu kontra Leeds, Spurs jaffaċċjaw lil Brighton u Everton jospitaw lil Manchester City.

Il‑ġurnata ta’ wara tinkludi seba’ logħbiet, fosthom ħames kick‑offs li jibdew fis‑7:30pm.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here