Thursday, September 10, 2026
Home Sport Richarlison se jieħu passi legali kontra Tottenham biex jitterminawlu l-kuntratt

Richarlison se jieħu passi legali kontra Tottenham biex jitterminawlu l-kuntratt

0
45

Richarlison lest li jieħu azzjoni legali kontra Tottenham sabiex itemm il-kuntratt tiegħu u jirritorna jilgħab fil-Brażil. 

Il-player ta’ 29 sena jixtieq li Tottenham jannullaw il-kuntratt tiegħu, li jintemm fi tmiem l-istaġun, biex ikun jista’ jingħaqad ma’ Vasco da Gama bħala aġent ħieles. 

Wara li ma rnexxilux isib club ġdid qabel jagħlaq is-suq tat-trasferimenti, Richarlison tħalla barra mill-iskwadra ta’ 25 player ta’ Tottenham għall-Premier League u ġie relegat mat-tem ta’ Taħt il-21 sena. 

Huwa qed jitħarreġ ukoll separatament mill-ewwel team, minkejja li kien l-aqwa skorer ta’ Spurs fl-istaġun li għadda bi 11-il goal. 

Skont rapporti mill-Brażil, l-avukati tiegħu qed jippreparaw talba lill-qorti biex il-kuntratt jiġi terminat unilateralment.

Richarlison jemmen li l-esklużjoni tiegħu qed tipprevjenih milli jeżerċita l-professjoni tiegħu. 

Il-manager Roberto De Zerbi qal li Richarlison irrifjuta li jestendi l-kuntratt tiegħu waqt il-pre-season. 

Tottenham saħħew l-attakk tagħhom, u dan kompla jnaqqas iċ-ċansijiet ta’ Richarlison li jilgħab.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here