Thursday, October 22, 2026
Home Sport Davor Filipovic coach ġdid ta’ St George’s FC

Davor Filipovic coach ġdid ta’ St George’s FC

0
51

St George’s FC ħabbru l-ħatra ta’ Davor Filipovic bħala l-coach il-ġdid tagħhom.

Il-Bormliżi taw merħba lil Davor fil-familja ta’ St George’s u awgurawlu kull suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħu.

Fil-passat riċenti, Filipovic, mexxa lil Mosta FC bħala kowċ fil-Malta Premier League, filwaqt li kellu perjodu qasir bħala assistant coach ma’ Senglea Athletic u kowċ tan-nursery tal-istess klabb.

Huwa eks plejer ta’ Sliema Wanderers fid-disgħinijiet. Huwa kellu żewġ perjodi mat-tim tal-“Blues”, fejn lagħab matul l-istaġun 1991/92 u fil-bidu tal-istaġun 1998/99.

Minbarra li lagħab għal Lucki-Radnik u Rijeka f’pajjiż twelidu, il-Kroazja, huwa lagħab prinċipalment fl-Italja. Huwa beda l-karriera tiegħu ta’ kowċ fil-livell tal-youths fl-Italja u, wara perjodu ta’ tliet snin ma’ Al Ahli f’Dubai, huwa rritorna l-Italja fejn ħadem ma’ Brescia, Lumezzane, Montorfano u Feralpisalò.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here