Thursday, October 22, 2026
Home Sport Birzebbuġa St. Peter’s F.C. jiddikjaraw formalment li Seventy7 Sports u s-Sur Ketan...

Birzebbuġa St. Peter’s F.C. jiddikjaraw formalment li Seventy7 Sports u s-Sur Ketan Makwana, sal-lum, naqsu milli jonoraw l-obbligi finanzjarji tagħhom lejn il-club

0
42

Fi stqarrija, Birzebbuġa St. Peter’s F.C. iddikjaraw formalment li Seventy7 Sports u s-Sur Ketan Makwana, sal-lum, naqsu milli jonoraw l-obbligi finanzjarji tagħhom lejn il-club.

Huma naqsu b’mod sinifikanti milli jwettqu l-impenji u t-termini stabbiliti fil-ftehim inizjali li ntlaħaq f’Mejju tal-2026, meta s-Sur Ketan Makwana daħal fi ftehim mal-Klabb.

Il-Klabb xtaq jassigura lill-plejers, lill-partitarji u lill-partijiet interessati kollha tiegħu li qed jieħu l-passi meħtieġa biex iħares l-interessi tagħhom u jipproteġi l-integrità, l-istabbiltà u l-futur ta’ Birżebbuġa St. Peter’s F.C. Il-Klabb jibqa’ impenjat li jaġixxi b’responsabbiltà, bi trasparenza u fl-aħjar interess ta’ dawk kollha assoċjati miegħu.

Fuq parir tal-konsulenti legali tiegħu, il-Klabb se jillimita l-kummenti pubbliċi tiegħu dwar din il-kwistjoni għal dak li hemm imniżżel f’din id-dikjarazzjoni, u mhux se jagħmel aktar stqarrijiet f’dan l-istadju.

Birżebbuġa St. Peter’s F.C. qalu li jibqgħu impenjati bis-sħiħ lejn il-valuri tagħhom, il-komunità tagħhom u l-futur tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here