Malta kompliet bl-impenji tagħha fil-WPA Blackball World Championships 2026 li qed isiru f’Londra, b’diversi riżultati pożittivi matul it-tieni ġurnata ta’ logħob.
It-tim tal-irġiel A, wara li tilef 14-11 kontra l-Ingilterra, irreaġixxa bl-aħjar mod possibbli u kiseb rebħa konvinċenti ta’ 19-6 kontra l-Awstralja.
Żewġ rebħiet waslu wkoll mit-tim ta’ taħt it-18-il sena. Il-Maltin għelbu 9-6 lit-tim ta’ taħt il-15-il sena tal-Afrika t’Isfel u aktar tard kisbu rebħa oħra ta’ 13-2 kontra t-tim ta’ taħt it-18-il sena tal-Messiku.
It-tim Men’s B għeleb 15-10 lil British Army Men’s C. Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ taħt it-23 sena kellhom ġurnata diffiċli, fejn tilfu 11-4 kontra Franza u 13-2 kontra l-Afrika t’Isfel.
Is-sehem ta’ Malta sar possibbli wkoll bl-għajnuna ta’ SportMalta, permezz tal-International Participation Scheme.
Appoġġ importanti qed jingħata wkoll minn COOP Services, li huma l-Official Transport Partner tal-Kontinġent Malti tal-Blackball għal din l-avventura internazzjonali.
Illum, il-Ħamis 22 ta’ Ottubru, ikomplu l-impenji tat-timijiet Maltin, filwaqt li filgħaxija jibdew ukoll il-kompetizzjonijiet tas-singles u doubles.
Logħob għal-lum
11:00 – U18
Malta vs Franza
13:30 – Men’s B
Irlanda vs Malta
16:00 – Men’s A
Malta vs Marokk
Men’s Singles
20:00 – Alex Brooks (Awstralja) vs Gary Carr (Malta)
20:00 – Soulaimane Ouzzaouit (Marokk) vs Miguel Mizzi (Malta)
20:00 – Gabriel Vella vs Kristen Tanti
20:00 – Clayton Castaldi vs Jason Hill (Ingilterra)
21:00 – Neil Caruana vs Keshav Santuck (Mauritius)
21:00 – Miguel Amato vs Keith Caruana
Men’s Doubles – 22:00
Clint Azzopardi/Miguel Amato vs David Martinson/Mark Leatham
Keith Caruana/Gabriel Vella vs Michael Beal/Alfie Woodward
Miguel Mizzi/Clevion Micallef vs Rob Wilson/Steve Thompson
Kristen Tanti/Neil Caruana vs Shayden Brown/Alex Brooks




