Sunday, November 24, 2024

Dawk kollha li jaslu miċ-Ċina fl-Istati Uniti jridu jagħmlu test

Aqra wkoll

Mill-5 ta’ Jannar dawk kollha li jkunu ġejjin fil-pajjiż miċ-Ċina, minn Hong Kong u mill-Makaw se jintalbu jagħmlu test tal-Covid. Dan hekk kif l-awtoritajiet Ċinizi ħabbru li se jerġgħu jiftħu l-fruntieri tagħhom mit-8 ta’ Jannar.

Iċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard qalu li dan kien meħtieġ biex jitnaqqas it-tixrid tal-mard.  

Wara tliet snin li matulhom il-fruntieri Ċiniżi kienu ristretti biex jikkontrollaw għall-Covid, l-awtoritajiet ħabbru li l-ivvjaġġjar jista’ jsir b’mod iżjed liberu.

Minkejja dan, iċ-Ċina qed tirrapporta madwar 5,000 każ kuljum. Infatti analisti qed jgħidu li numri bħal dawn huma inkwetanti. Skont rapporti, l-isptarijiet għandhom ħafna pazjenti u r-residenti qed jitħabtu biex isibu mediċini bażiċi.

L-Italja, il-Ġappun, it-Tajwan u l-Indja ħabbru wkoll testijiet obbligatorji filwaqt li l-Awstralja u r-Renju Unit tennew li mhumiex se jsiru testijiet fuq dawk li jivvjaġġaw miċ-Ċina.

L-Italja qalet li qed timxi l-ewwel biex tiżgura s-sorveljanza u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe varjanti ġodda tal-virus.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa se jiltaqa’ nhar il-Ħamis biex jiddiskuti miżuri possibbli għal approċċ koordinat tal-Unjoni Ewropea għaż-żieda qawwija tal-Covid fiċ-Ċina.

Sport