Tuesday, April 30, 2024

L-attendenzi għall-attivitajiet tal-Milied fil-Belt kienu fl-istess livell ta’ qabel il-pandemija

Kollox lest għall-avveniment ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Kapitali

Aqra wkoll

L-attendenzi għall-attivitajiet tal-Milied fil-Belt Valletta, kienu fuq l-istess livell tal-2018 u l-2019.

Dan sar magħruf f’diskors li għamel ic-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Jason Micallef waqt li żar l-aħħar tħejjijiet li qegħdin isiru fil-Belt Valletta fl-okkazjoni ta’ tmiem is-sena 2022. Se jittella’ spettaklu minn artisti lokali, fosthom; Brooke, Aidan Drakard, Kurt Calleja, Owen Luellen.

Micallef qal li dan il-kunċert se jkun qiegħed joffri spettaklu mill-isbaħ wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija. Qal ukoll li bit-temp xemxi li qed jagħmel se jkun hawn ambjent mill-aqwa, filwaqt li ħeġġeġ lill-Maltin u Għawdxin sabiex jattendu għal dawn l-attivitajiet fil-Belt Valletta.

Fl-aħħar xahar ġew organizzati madwar 25 attività, fejn l-investiment kien ilaħħaq it-€350,000.

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici li qal li spettaklu bħal dan ser joffri opportunità lil 40 artisti Maltin. Qal ukoll li se jkomplu jiġu offruti ammont ta’ attivitajiet kulturali ta’ kwalitá fil-Belt Kapitali u f’diversi postijiet oħra f’Malta.

Dan il-kunċert ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena li se jseħħ nhar is-Sibt 31 ta’ Diċembru, ser jibda fid-9.00 p.m. u għall-ħabta tal-10.15 p.m. ser ikun qiegħed live għas-segwaċi li jkunu iridu jsegwuh minn fuq it-televiżjoni. 

Sport