Monday, May 13, 2024

Manchester City iridu bdil bejn Jack Grealish u Rafael Leao

Aqra wkoll

Manchester City iridu li jsir bdil bejn il-midfielder offensiv tagħhom, Jack Grealish, ma’ Rafael Leao. 

L-attakkant Portugiż ta’ 22 sena, frisk minn Tazza tad-Dinja li fiha skorja 2 goals, huwa wieħed mill-aktar players imfittxija fl-Ewropa.

Il-kuntratt ta’ Leao jintemm f’Ġunju 2024 u bħalissa jinsab f’negozjati biex iġedded il-kuntratt tiegħu mal-Rossoneri. Peró jekk dan il-player ta’ 22 sena jonqos milli jiffirmaw, Milan irid jaħsbu għal pjan alternattiv. 

Min-naħa tagħha, id-diriġenza Milanista qed tikkunsidra din il-proposa tal-club Ingliż minħabba li sena u nofs oħra, Leao jkun player liberu.  

Sport