Saturday, May 18, 2024

Jude Bellingham irid jitkellem ma’ Borussia Dortmund dwar il-futur tiegħu

Aqra wkoll

Jude Bellingham irid li f’Jannar li ġej jiftaħ negozjati mad-diriġenti ta’ Borussia Dortmund fir-rigward tal-futur tiegħu hekk kif dan huwa l-aħħar staġun magħhom. 

Il-midfielder internazzjonali Ingliż jinsab fil-mira ta’ bosta clubs iżda Liverpool dehru l-aktar wieħed favorit li jakkwista l-firma tiegħu. Anke l-familjari tiegħu rieduh imur jilgħab f’Anfield. 

Iżda l-mistoqsija hija kemm Liverpool huma lesti li jħallsu €120 miljun għal dan il-player. 

Fil-jiem li għaddew rapporti sostnew li d-destinazzjoni ta’ dan il-player ta’ 19-il sena se tkun lejn Real Madrid minkejja li xejn għad m’hu deċiż. 

Sport